Enerġetiku Energetic
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Hemm tlett sinjali għal ENERĠETIKU(A). L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal ĦAJJA, biż-żewġ idejn forma ta’ 5 kkurvata u bis-swaba’ tan-nofs jiżżerżqu ’l fuq u ’l isfel taħt l-għonq bil-pala tħares ’il ġewwa. (ii) Imbagħad l-idejn jieħdu l-forma ta’ 1 bil-pala laġenba. Il-werrejja jimxu malajr ’il barra u l-ġewwa lejn il-ġnub. It-tieni sinjal għandu żewġ partijiet ukoll. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal MIMLI. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluqa bil-pala tħares ’l isfel. Id waħda titqiegħed fin-nofs ’l fuq quddiem l-għonq waqt li l-id l-oħra timxi malajr u tolqot il-pala tal-ewwel id. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal ENERĠIJA. L-idejn, bil-pala tħares ’il ġewwa, jieħdu l-forma ta’ 5 laxka imma bis-saba’ tan-nofs maħruġ ’il barra biex jitla’ u jinżel waqt li jmiss mal-ġenb taħt l-ispalla. It-tielet sinjal għandu żewġ partijiet ukoll. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal MIMLI bħal fit-tieni sinjal. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal SAĦĦA. L-idejn jieħdu l-forma ta’ ponn u tixxengel ftit ’il fuq. Ġieli tintuża id waħda biss.
There are three signs for ENERGETIC. The first sign has two parts. (I) The first part is the sign for LIFE made with both hands in the shape of curved 5 with the middle fingers sliding up and down below the neck with palms facing inwards. (ii) Then the hands take the shape of 1 with palms facing sideways. The index fingers quickly move out and in towards the sides. The second sign also has two parts. (i) First, the sign for FULL is made. Both hands take the shape of closed 5 with palms facing downwards. One hand is placed high up in the centre in front of the lower neck whilst the other hand moves up quickly and hits the palm of the first hand. (ii) Then the sign for ENERGY is made. The hands, palms facing inwards, take the shape of loose 5 but with the middle finger jutting out to allow it to move up and down as it touches the sides below the shoulders. The third sign also has two parts. (i) First, the sign for FULL is made as in the first part of the second sign. (ii) Then the sign for HEALTH is made. The hands take the shape of a fist and sway a little upwards. Sometimes only one hand is used.