Fardal Apron

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal FARDAL għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 ftit milwija bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn jitilgħu fuq l-ispalel imbagħad jinżlu djagonalment kważi sal-abt. (ii) Imbagħad, l-idejn jersqu fin-nofs fuq quddiem bil-werrej maħruġ ikkurvat ’il barra. Il-werrejja jduru fuq xulxin xi darbtejn imbagħad jiġbdu lejn il-ġnub.

The sign for APRON has two parts. (i) First, both hands take the shape of slightly bent 5 with palm facing inwards. The hands move up over the shoulders then move down diagonally until they are almost at the armpits. (ii) Then, the hands move to the middle at the front with the curved index fingers extended. The index fingers rotate over each other twice or more and then pull towards the sides.