Fenek Rabbit

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Is-sinjal għal FENEK isir biż-żewġ idejn u moviment żgħir. L-idejn jieħdu l-forma ta’ V wieqfa man-ngħas u bil-pala ta’ l-id tħares ’il barra. Iż-żewġt iswaba’ jitgħawġu ’l isfel mill-għaksa mingħajr ma tiċċaqlaq il-pala. Dan is-sinjal jista’ jsir ukoll b’id waħda imma f’dak il-każ ma jkunx jingħaraf ħafna mis-sinjal għal KELB.

Is-sinjal iktar antik isir b’id waħda u bl-istess mod imma bl-id forma ta’ U. Dan is-sinjal ma jingħarafx mis-sinjal għal KELB.

Hemm varjant ieħor li jsir bis-sinjal bħal dak għal KELB. Imbagħad l-idejn jieħdu l-forma ta’ A. Il-pala ta’ id waħda tħares laġenba waqt li l-id l-oħra, bil-pala tħares ’il fuq tinżel ’l isfel laġenba minn taħt l-id l-oħra waqt li tmiss il-ġenb ta’ l-id, mis-swaba’ sal-polz. Dan ifakkrek fil-mod kif jinqatel il-fenek.

Is-sinjal għal TARBIJA kultant jintuża wara s-sinjal għal FENEK biex jirreferi għall-ferħ tal-fenek. Is-sinjal għal ŻGĦIR jew għal KBIR isir bl-idejn forma ta’ 5 u jħarsu lejn xulxin f’linja orizzontali jew vertikali. Id-distanza bejniethom tindika d-daqs. Is-sinjal għal FENEK jiġi qabel is-sinjal għal ŻGĦIR jew KBIR

Fil-plural, is-sinjal għal ĦAFNA jiġi wara s-sinjal għal FENEK. Ġieli ukoll tintuża classifier. Id waħda jew tnejn jieħdu l-forma ta’ V jew U mgħawġa u jitpoġġew f’ħafna punti fiż-żona tas-sinjali qisu qed jiġu mqiegħdin ħafna fniek hemmhekk.

Meta n-nom FENEK ikun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, id waħda jew iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ V jew U mgħawġa bħala classifier u l-idejn jimxu skond l-azzjoni.

The sign for RABBIT is made with both hands and a small movement. The hands take the shape of V at the side of the forehead with the palm facing outwards. The two V fingers bend up at down at the knuckles without any palm movement. This sign can also be made with one hand but in that case it is not really distinguishable from DOG.

The older sign is made with one hand with a U handshape and the same movement and is practically undistinguishable from the sign for DOG.

Another variant is made in the same way as the sign for DOG. The hands then take the shape of A. The palm of one hand faces sideways whilst the palm of the other hand faces down whilst it moves down in a diagonal direction from under the other hand, brushing against it from the fingers up to the wrist. This reminds one of the way rabbits are killed.

The sign for BABY followed by that for RABBIT can be used to refer to the young. The signs for SMALL and for BIG are also used. The hands in the shape of 5 with palms facing in a horizontal or vertical direction with the distance between the hands indicating the relative size are also used after the sign for RABBIT.

A classifier is often used for pluarily or different movement. One or both hands in a curved U or V shape are placed at various points in the signing space as though several rabbits were actually being put into that space and the hand moves accordingly.