Froġa Omelette
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal FROĠA għandha żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal imqassar għal BAJDA biż-żewġt idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 ikkurvata ħafna u bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra. Is-swaba’ jmissu kemm kemm jew kważi fin-nofs fuq quddiem imbagħad jduru f’daqqa biex il-pala tiġi tħares ’l isfel u tersaq kemm kemm lejn il-ġenb. (ii) Imbagħad l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5. Id waħda tieqaf fuq quddiem bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tibda bil-pala tħares ’il fuq u tinżel timsaħ il-pala l-wieqfa, ddur bil-pala tħares ’l isfel u terġa tinżel timsaħ il-pala l-wieqfa u terġa ddur bil-pala tħares ’il fuq u terġa tinżel timsaħ il-pala l-wieqfa.
The sign for OMELETTE has two parts. (i) First the sign for EGG is made with both hands in the shape of very curved 5 with palms facing each other. The fingers touch or almost in the middle at the front and then turn suddenly so that the palms face downwards as they move slightly towards the sides. (ii) Then the hands take the shape of 5. One hand is held stationary with palm facing upwards. The other hand starts with palm facing upwards and moves down to wipe against the stationary palm, turns so that the palm faces downwards and again moves down to wipe against the stationary palm and then turns so that the palm faces upwards and again moves down to wipe against the stationary palm.