Globu Globe

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal GLOBU għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 ftit ikkurvati, bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il barra. L-idejn jiffurmaw ċirku kbir minn quddiem il-wiċċ djagonalment ’l isfel fejn jerġgħu jiltaqgħu fin-nofs. (ii) Imbagħad l-idejn jieħdu l-forma ta’ 1 f’direzzjoni opposta, werrej iħares djagonalment ’l isfel lejn il-werrej l-ieħor li jħares djagonalment ’il fuq. Il-werrejja jduru tlett darbiet jew iktar mill-polz.

The sign for GLOBE has two parts. (i) First, the hands take the shape of slightly curved 5 with fingers apart and palm facing outwards. The hands form a large circle from in front of the face diagonally downwards where the hands meet in the middle. (ii) Then the hands take the shape of 1 pointing in opposite directions, one index finger pointing diagonally downwards towards the other index finger pointing diagonally upwards. The index fingers rotate three or more times from the wrist.