Għasfur Bird

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Dan is-sinjal isir minn id waħda li tieħu l-forma ta’ L bil-pala ta’ l-id tħares ’il barra maġenb il-ħalq jew tgħatti l-ħalq. Is-saba’ l-kbir u l-werrej jingħalqu ħafif ħafif u jinfetħu darbtejn jew iktar.

Għal għasfur żgħir jew kbir, l-ewwel jintuża s-sinjal għal GĦASFUR imbagħad jintuża s-sinjal għal ŻGĦIR jew KBIR. Is-sinjal għal ŻGĦIR u għal KBIR isir miż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 1, u jħarsu lejn xulxin f’ linja djagonali jew vertikali. Id-distanza bejn l-idejn tindika d-daqs ta’ l-għasfur.

Għall-plural is-sinjal għal ĦAFNA jiġi wara is-sinjal għal GĦASFUR. Ġieli ukoll tintuża classifier. F’dan il-każ tintuża l-id fil-forma ta’ 8 mgħawweġ jew X mgħawġa u titpoġġa f’ħafna punti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jitqiegħdu ħafna għasafar.

Meta n-nom GĦASFUR ikun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, l-id fil-forma ta’ X mgħawġa tintuża bħala classifier u timxi skond l-azzjoni.

This sign is made with one hand in the L shape, palm facing out and near or covering the mouth. The thumb and the index finger move in a light closing and opening movement twice or more.

For a small or large bird, the sign for BIRD is followed by the sign for SMALL or for BIG. The sign for SMALL and the sign for BIG is made with the hands in the shape of 1 with palms facing in a diagonal or vertical direction. The distance between the hands indicates the size of the bird.

The sign for MANY is used after the sign for BIRD to signal plurality. A classifier is often used. In this case one or both hands in the shape of curved 8 or curved X are placed at various points in the signing space as though several birds were actually being put into that space.

When the noun BIRD is the subject of a verb of movement, one hand in the shape of curved 8 or curved X is used as the classifier, moving according to the action indicated by the verb.