Hena vera True happiness

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal HENA VERA magħmul minn żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal PAĊI. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ I u jersqu ħdejn xulxin sakemm is-swaba’ ż-żgħar imissu. Ġieli jitqassar dan is-sinjal u s-swaba ma jiltaqgħux. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal VERA. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq. Id waħda titqiegħed ’il quddiem bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tinżel minn quddiem l-għonq bil-pala tħares lejn il-ġenb u tolqot il-pala tal-id wieqfa bil-ġenb.

The sign for TRUE HAPPINESS consists of two parts. (i) First, the sign for PEACE is made. Both hands take the shape for I and move towards each other until the pinkies touch. Sometimes this part is shortened and the pinkies do not meet. (ii) In the second part the sign for TRUE is made. The hands take the shape for closed 5. One hand is placed forward with palm facing upwards. The other hand moves down from neck level with palm facing sideways and hits the palm of the stationary hand with the side.