Il-magħtab Magħtab
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal MAGĦTAB għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal RIĦA TINTENN. Dan isir b’id waħda li tagħfas l-imnieħer bil-werrej u s-saba’ l-kbir. L-espressjoni tal-wiċċ tirrifletti l-intiena. (ii) Imbagħad l-id tieħu l-forma ta’ 5 magħluq u ftit ikkurvat u titqiegħed quddiem l-ispalla l-oħra bil-pala tħares nofsha ’l isfel u nofsha laġenba. L-id titla’ ’l fuq waqt li timxi lejn in-nofs imbagħad tinżel lura għan-naħa l-oħra. Din il-parti tixbaħ is-sinjal għal GĦOLJA.
The sign for MAGĦTAB is made up of two parts. (i) The first part is the sign for STINK. This is made with one hand that squeezes the nose with the thumb and the index finger. The facial expression reflects the stink. (ii) The hand then takes the shape of closed slightly curved 5 and is placed in front of the other shoulder with the palm facing partly downwards and partly sideways. The hand then moves up towards the middle then downwards to the other side. This part resembles the sign for HILL.