Imgerfex Disorganised

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm żewġ sinjali jixxiebħu għal IMGERFEX li jistgħu jiġu kkunsidrati l-istess. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn forma ta’ 5 miftuħa bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn iduru quddiem il-wiċċ xi tlett darbiet. L-għajnejn iħarsu ’l fuq u madwar. It-tieni sinjal isir ukoll biż-żewġ idejn forma ta’ 5 miftuħa imma bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn iduru quddiem mal-ġnub tar-ras xi tlett darbiet. Il-wiċċ jitkerraħ.

There are two very similar signs for DISORGANISED which can be considered as the same. The first sign is made with both hands in the shape of open 5 with the palm facing inwards. The hands rotate around the face three or more times. The eyes look up and around. The second sign is also made with both hands in the shape of open 5 but with the palms facing downwards. The hands rotate at the side of the head three or more times. The face frowns.