Impressjonabbli Impressionable

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal IMPRESSJONABBLI għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 laxka bil-pala tħares ’il fuq. Jibdew fuq barra u jinġibdu lura u ’l fuq lejn il-ġbin waqt li s-swaba’ jingħalqu u jduru bil-pala tiġi tħares ’il ġewwa. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal BEŻA’ bl-idejn forma ta’ ponn weqfin mil-minkeb. Id-dirgħajn jitwaqqfu u jitriegħdu.

The sign for IMPRESSIONABLE has two parts. (i) The first part is made with both hands in the shape of loose 5 with palm facing upwards. The hands are pulled back and upwards from the front towards the forehead whilst the fingers close and the hand turns so that the palm faces inwards. (ii) Then the sign for BE AFRAID is made with the hands in the shape of fists upright at the elbow. The arms are upright and tremble.