Imqareb Naughty
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Hemm żewġ sinjali għal IMQAREB. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel driegħ wieħed joħroġ ’il barra bl-id mitluqa ’l isfel mill-polz u l-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tinżel biex tagħti xi daqqtejn fuq l-ewwel id. (ii) Imbagħad id waħda forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il ġewwa tixxengel vertikalment. It-tieni sinjal juża biss l-ewwel parti tal-ewwel sinjal imma tagħti xi tlett daqqiet.
There are two signs for NAUGHTY. The first sign has two parts. (i) First, one arm is outstretched, the hand droops down at the wrist and the palm faces downwards. The other hand moves to hit the first hand once or twice. (ii) Then one hand takes the shape of 5 with fingers apart and palm facing inwards and sways vertically. The second sign uses only the first part of the first sign but hits the hand about three times.