Indifferenti Indifferent

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm żewġ sinjali għal INDIFFERENTI. L-ewwel sinjal għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel isir wieħed mis-sinjali għan-negattiv b’id waħda li tintlewa mill-għekiesi u tolqot ħafif taħt il-geddum. (ii) Imbagħad, l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il barra u jixxenglu laġenba. (iii) Fl-aħħar, id waħda tagħti skoss lura. It-tieni sinjal isir bl-idejn forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn jitilgħu ’l fuq min-nofs għall-ġnub livell mal-ispallel waqt li l-ispalel jinttrrefgħu u l-idejn jerġgħu jinżlu ’l isfel.

There are two signs for INDIFFERENT. The first sign has three parts. (i) First, one of the signs for negation is made with one hand that is bent at the knuckles and hits under the chin lightly. (ii) Then, both hands take the shape of 5 with palms facing outwards. The hands sway sideways. (iii) Finally, one hand makes a jerky movement backwards. The second sign is made with both hands in the shape of 5 with fingers apart and palms facing inwards. The hands move up from the centre to shoulder level and back again as the shoulders are shrugged and the hands move back down.