Internet banking Internet banking

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal INTERNET BANKING għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal INTERNET. Id waħda tifforma ponn bil-pala tħares ’il ġewwa u bid-driegħ wieqaf mill-minkeb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ I u s-saba’ ż-żgħir jinżel it-tul tad-driegħ mill-id sal-minkeb. (ii) Imbagħad isir is-sinjal imqassar għal BANK. Id waħda tieqaf bil-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa. Din l-id tinżel u tagħti daqqa ’l isfel fuq il-pala tal-id il-wieqfa.

The sign for INTERNET BANKING has two parts. (i) First, the sign for INTERNET is made. One hand takes the shape of a fist with palm facing inwards and with the arm held straight up from the elbow. The other hand takes the shape of I and the pinkie moves down the length of the arm from the hand to the elbow. (ii) Then the shortened sign for BANK is made with one hand that takes the shape of 5 with palm facing upwards. The other hand takes the shape of a fist with palm facing inwards. This hand moves down and hits the palm of the stationary hand.