Investiment Investment

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal INVESTIMENT. L-ewwel wieħed għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal imqassar għal FLUS. Id waħda tieħu l-forma ta’ T fuq quddiem u s-saba’ l-kbir u l-werrej jogħrku lil xulxin. (ii) Imbagħad l-idejn jieħdu l-forma ta’ B bil-pala tħares ’il ġewwa. Id waħda titqiegħed wieqfa fin-nofs waqt li l-oħra tinżel mill-ġenb u tidħol bejn il-pala u s-saba’ l-kbir tal-id il-wieqfa. It-tieni sinjal jixbaħ l-ewwel wieħed għaliex l-ewwel parti hi s-sinjal għal FLUS ukoll. Imbagħad l-id li tintuża għal FLUS titqiegħed kif inhi fuq il-pala tal-id l-oħra li tieħu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il fuq.

There are two signs for INVESTMENT. The first sign has two parts. (i) First the shortened sign for MONEY is made. One hand takes the shape of T and the thumb and index finger rub each other. (ii) Then the hands take the shape of B with palms facing inwards. One hand is held stationary in the middle whilst the other moves down from the side and slides in between the palm and the thumb of the stationary hand. The second sign is similar in that the first part is the sign for MONEY as for the first sign. Then the hand used for MONEY is placed as it is on the palm of the other hand which takes the shape of 5 with palm facing upwards.