Ispirat Inspired
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ISPIRAT(A) għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn bil-forma ta’ 5 bis-swaba’ jmissu, bil-pala tħares ’il barra u bis-swaba’ l-kbar imissu. L-idejn jitilgħu ’l fuq livell għola mir-ras imbagħad jinżlu ’l isfel flimkien. (ii) Imbagħad, id waħda bil-forma ta’ T titla’ ħdejn il-ġenb tal-ġbin u s-saba’ l-kbir u l-werrej jinfethu malajr forma ta’ L.
The sign for INSPIRED has two parts. (i) The first part is made with both hands in the shape of 5 with fingers touching, with the palms facing outwards and the thumbs touching. The hands move up together above head level then move down again. (ii) Then, one hand in the shape of T moves up to the side of the forehead and the thumb and index fingers open up quickly into an L shape.