Kabord Cupboard

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal KABORD. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir bl-idejn forma ta’ ponn bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra. L-idejn jersqu lura minn ħdejn xulxin u jduru ftit lejn il-ġnub. Dan il-moviment jiġi ripetut darb’oħra. (ii) Imbagħad l-idejn jinbidlu għall-forma ta’ 5 ftit ’il bogħod minn xulxin u bil-pala tħares ’l isfel u jimxu dritt ’il quddiem. It-tieni sinjal għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel l-idejn jieħdu l-forma ta’ 1, jiltaqgħu fin-nofs livell mar-ras, u l-werrejja jimxu lejn il-ġnub imbagħad jinżlu dritt ’l isfel. (ii) L-idejn jinbidlu forma ta’ T fil-ġnub bil-pala tħares ’l isfel, jersqu lejn in-nofs fejn jiltaqgħu imbagħad iduru biex pala tħares lejn il-pala l-oħra u jkomplu mexjin lejn il-ġnub. (iii) Fl-aħħar isir is-sinjal imqassar għal IKEL. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 imma bis-swaba’ jiltaqgħu u bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id timxi għal quddiem il-ħalq.

There are two signs for CUPBOARD. The first sign has two parts. (i) The first part is made with the hands in the shape of a fist with palms facing each other. The hands move back from beside each other and turn a little towards the sides. This movement is repeated once more. (ii) Then the hands change to the shape of 5 a little away from each other and with palms facing downwards and then move straight forward. The second sign has three parts. (i) First, the hands take the shape of 1. They meet in the middle at head level and the index fingers move towards the sides and then move straight down. (ii) The hands change to the shape of T at the sides with palms facing downwards. They move till they meet in the middle, then turn so that the palms face each other and continue moving to the sides. (iii) Finally the shortened sign for FOOD is made. One hand takes the shape of 5 but with fingers meeting and palm facing inwards. The hand moves to the front of the mouth.