Kapaċi Capable
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Hemm żewġ sinjali għal KAPAĊI. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal JAF. Il-werrej ta’ id waħda forma ta’ 1 jmiss il-ġenb tal-ġbin u jimxi malajr lejn il-ġenb. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal GĦAMEL biż-żewġ idejn forma ta’ U. Is-swaba’ ta’ id jolqtu s-swaba’ tal-id l-oħra kif jiġu fuq xulxin. It-tieni sinjal ukoll għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel id waħda tieqaf bil-pala tħares ’l isfel waqt li l-id l-oħra forma ta’ U u s-swaba’ tal-U jolqtu l-wiċċ tal-id il-wieqfa. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal GĦAMEL bhat-tieni parti tal-ewwel sinjal.
There are two signs for CAPABLE. The first sign has two parts. (i) First the sign for KNOW is made. The index finger of one hand in the shape of 1 touches the side of the forehead and then moves quickly away to the side. (ii) Then the sign for MAKE is made with both hands in the shape of U. The fingers of one hand hit those of the other as the hands cross over each other. The second sign also has two parts. (i) First one hand is held stationary with palm facing downwards whilst the other hand is shaped as U. The U fingers hit the top of the stationary hand. (ii) Then the sign for MAKE is made as in the second part of the first sign.