Kejjel Measure

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal KEJJEL għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal GĦADD. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il ġewwa. Is-swaba’ jperpru waqt li l-id tinżel minn livell tal-wiċċ ’l isfel. (ii) Imbagħad, l-idejn jieħdu l-forma ta’ F imma bis-saba’ l-kbir u l-werrej jifforma ċirku u bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala l-oħra. Id waħda tieqaf quddiem is-sider waqt li l-id l-oħra timxi minn quddiem l-id il-wieqfa djagonalment lura lejn il-ġenb.

The sign for MEASURE has two parts. (i) The first part is the sign for COUNT. One hand takes the shape of 5 with fingers apart and palm facing inwards. The fingers flutter as the hand moves from head level downwards. (ii) The second part is made with the hands in the shape of F but with the thumbs and index fingers forming a circle and with palms facing each other. One hand is held stationary in front of the chest whilst the other hand moves from in front of the stationary hand diagonally backwards towards the side.