Kkomprometta Compromise
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal KKOMPROMETTA għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn forma ta’ V bil-pala ta’ id tħares lejn il-pala tal-id l-oħra. L-idejn jersqu lejn xulxin fin-nofs. (ii) Imbagħad id waħda tieqaf forma ta’ 5 magħluqa bil-pala tħares ’il fuq u l-id l-oħra tieħu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’l isfel u tinżel ’l isfel sakemm tolqot il-pala tal-id il-wieqfa.
The sign for COMPROMISE has two parts. (i) The first part is made with two hands in the shape of V with the palm of one hand facing that of the other hand. The hands move towards each other in the centre. (ii) Then one hand in the shape of closed 5 is held stationary with the palm facing upwards. The other hand takes the shape of a fist with the palm facing downwards and moves down until it hits the palm of the stationary hand.