Kmieni Early

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali jixxiebħu għal KMIENI. It-tnejn jixbħu s-sinjal għal QABEL. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieqaf orizzontalment bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 u titqiegħed bil-pala tħares lejn il-ġenb u bis-saba’ ż-żgħir fuq il-polz tal-id il-wieqfa. Minn hemm l-id timxi lejn il-minkeb imbagħad terġa lura kemm kemm u terġa timxi lejn il-minkeb xi darbtejn oħra . It-tieni sinjal jixbaħ l-ewwel wieħed imma l-id tagħmel moviment wieħed biss mill-polz sal-minkeb.

The sign for EARLY slightly resembles that for BEFORE. It is made with both hands. One hand is held stationary horizontally with palm facing downwards. The other hand takes the shape of 5 and is placed with palm facing sideways with the pinkie over the wrist of the stationary hand. Then, the hand moves over the stationary hand in a brushing movement until it arrives near the elbow. The hand then moves back a little and goes back towards the elbow and repeats this twice or more. The second sign resembles the first except that only one movement is made from the wrist to the elbow.