Kollezzjonist Collector
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal KOLLEZZJONIST għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir wieħed mis-sinjali għal ĦAFNA. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares djagonalment ’il ġewwa waqt li l-idejn iduru ftit ma’ xulxin. Imbagħad, id waħda tiddritta orizzontalment mill-minkeb, bil-pala tħares ’il fuq waqt li l-id l-oħra forma ta’ 5 bis-swaba’ magħluqin u, bil-pala tħares ’il ġewwa kkurvata u timxi ’l ġewwa kemm kemm fuq il-pala il-wieqfa qisu qed tmexxi xi ħaġa minn fuq is-swaba’ lejn il-polz.
The sign for COLLECTOR has two parts. First, one of the signs for MANY is made. The hands take the shape of 5 with fingers apart and palm facing inwards diagonally whilst the hands turn over each other a little. Then, one hand straightens horizontally from the elbow, with the palm facing upwards whilst the other hand takes the shape of 5 with fingers close together and with the palm facing inwards and curved. This hand moves inwards just over the stationary hand as though moving something from over the fingers towards the wrist.