Konverżjoni Conversion
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal KONVERŻJONI magħmul minn tliet partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal AF. Id waħda tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares lejn il-ġenb. Il-werrej imiss jew kważi jmiss il-ġenb tal-ġbin. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal VERU. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq. Id waħda titqiegħed ’il quddiem bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra, bil-pala tħares lejn il-ġenb, tinżel tolqot il-pala tal-id il-wieqfa. Is-sinjali AF u VERU flimkien jagħmlu s-sinjal għal EMMEN. (iii) Fit-tielet parti jsir is-sinjal għal BEDA. Dan isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq. Id waħda titqiegħed ’il quddiem bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra, bil-pala tħares lejn il-ġenb, tgħaddi minn fuq in-nofs tal-pala tal-id il-wieqfa u tibqa’ għaddejja waqt li togħla ftit ’il fuq.
The sign for CONVERSION consists of three parts. (i) The first part is the sign for KNOW. One hand takes the shape of 1 with the palm facing sideways. The index finger touches or comes close to the of the forehead. (ii) The second part is the sign for TRUE. Both hands take the shape of closed 5. One hand is placed forward with the palm facing upwards. The other hand, with palm facing sideways, moves down and hits the palm of the stationary hand. The signs for KNOW and TRUE together form the sign for BELIEVE. (iii) The third part is the sign for BEGIN. This is made with both hands in the shape of closed 5. One hand is placed forward with palm facing upwards. The other hand, with palm facing sideways, moves over the middle of the palm of the stationary hand and continues beyond it, rising upwards as it does so.