Kurjuż Curious

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm tlett sinjali differenti għal KURJUŻ(A). L-ewwel sinjal isir b’id waħda forma ta’ V mgħawġa bil-pala tħares ’il barra li timxi minn quddiem għajn waħda ’l barra żigużajg waqt li l-għajnejn miftuħin beraħ u r-ras testendi ’l fuq u ’l quddiem. It-tieni sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal JAF. Il-werrej ta’ id waħda tmiss il-ġenb tal-ġbin u jimxi ’l barra. (ii) Imbagħad il-werrej jidħol bejn il-swaba’ tal-id l-oħra li tieqaf bil-pala tħares ’l isfel. It-tielet sinjal jintuża għal kurżità estrema. Dan is-sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal XAMM. Il-werrej ta’ id waħda tmiss l-imnieħer. (ii) Imbagħad is-saba’ jdur u jipponta ’l barra.

There are three signs for CURIOUS. The first sign is made with one hand in the shape of curved V with palm facing outwards which moves from in front of one eye outwards in a zigzag whilst the eyes open wide and the head stretches up and forward. The second sign has two parts. (i) First the sign for KNOW is made. The index finger of one hand touches the side of the forehead and moves outwards. (ii) Then the index finger goes between the fingers of the other hand which is stationary with palm facing downwards. The third sign is used for extreme curiousity. The sign has two parts. (i) First the sign for SMELL is made with the index finger touching the nose. (ii) Then the finger turns and points outwards.