Kċina Kitchen

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal KĊINA. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir wieħed mis-sinjali għal SAJJAR. Id waħda tieħu l-forma ta’ T bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id iddur verticalment lura xi darbtejn. (ii) Imbagħad l-id tinbidel forma ta’ L mgħawġa bil-pala tħares ’il barra. L-id iddur f’linja kkurvata minn ġenb għall-ieħor. It-tieni sinjal l-istess bħal sinjal ieħor għal SAJJAR. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u tinżamm wieqfa fuq quddiem bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa u ddur orizzontalment qrib is-sider.

There are two signs for KITCHEN. The first sign has two parts. (i) First one of the signs for COOK is made. One hand takes the shape for T with palm facing inwards. The hand rotates vertically backwards twice or more. (ii) Then the hand changes to the shape for curved L with palm facing outwards. The hand moves in a curved line from one side to the other. The second sign is the same as one of the other signs for COOK. One hand takes the shape for 5 and is held stationary at the front with palm facing inwards. The other hand takes the shape of a fist with palm facing inwards and rotates horizontally closer to the chest.