Leopard Leopard

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal LEOPARD għandu żewġ partijiet: (jew i) Fl-ewwel parti isir is-sinjal għal ANNIMAL SALVAĠĠ. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 mgħawweġ mal-livell ta’ l-ispalla imma mitfugħin quddiem u bil-pala ta’ l-id tħares kważi lejn l-art. L-idejn jimxu f’kurva ftit ‘il fuq u tond ‘l isfel. (jew ii) Fit-tieni parti id waħda tieħu l-forma ta’ O bit-tlett iswaba’ ta’ wara l-werrej stirati. Din il-forma tal-O titqiegħed ’l hawn u ’l hinn fuq id-dirgħajn u s-sider biex tindika t-tikek tal-leopard.

Għal LEOPARD żgħir jew kbir, is-sinjali għal ŻGĦIR u għal KBIR, huma magħmulin minn id waħda bil-forma ta’ 5 bil-pala ‘l isfel jintużaw wara s-sinjal għal LEOPARD. Id-distanza bejn l-art u l-id tagħti indikazzjoni tad-daqs tal-leopard.

Is-sinjal għal ĦAFNA jintuża mas-sinjal ta’ LEOPARD għaIl-plural. Ġieli ukoll tintuża classifier. F’dan il-każ tintuża l-id jew l-idejn fil-forma ta’ V mgħawġa u jiġu ppustjati f’ħafna punti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jiġu mqiegħdin ħafna leopardi.

Meta n-nom LEOPARD ikun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, l-id fil-forma ta’ V mgħawġa jew 5 mgħawweġ tintuża bħala classifier u timxi skond l-azzjoni.

The sign for LEOPARD is made up of two parts: (jew i) The first part is that for WILD ANIMAL. It is made with both hands in the shape of a curved 5 at shoulder level but extending forward with the arms in almost horizontal position and with palms almost facing the ground. The hands make a curved movement slightly upwards and out. (jew ii) The second part is made with one hand in the shape of O but with the three fingers behind the index finger stretched out whilst the O shape itself is placed here and there over the arms and chest to indicate the leopard’s spots.

To refer to a small or large panther, the signs for SMALL and BIG are made with one hand in the shape of 5 palm down after the sign for LEOPARD. The distance between the ground and the hand indicates the relative size of the leopard.

The sign for MANY is used with the sign for LEOPARD to express the plural. A classifier is often used. In this case one or both hands in the shape of curved V are placed at various points in the signing space as though several leopards were actually being put into that space.

When the noun LEOPARD is the subject of a verb of movement, the hand in the shape of curved V or curved 5 is used as the classifier and moves according to the action indicated by the verb.