Liquidizer Liquidizer
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Hemm żewġ sinjali għal LIQUIDIZER. L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel id waħda tieħu l-forma ta’ B bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’l isfel u titqiegħed ’l isfel fin-nofs. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ T u ddur orizzontalment mgħaġġla livell ftit ’il fuq mill-ewwel id xi tlett darbiet. (ii) Imbagħad, l-id il-wieqfa tibqa’ fejn hi waqt li l-id l-oħra ddur bil-forma ta’ 5 kkurvata u bil-pala tħares ’il fuq u tinżel ’l isfel sal-livell tal-id il-wieqfa. It-tieni sinjal għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel, id waħda forma ta’ 5 titqiegħed fin-nofs bil-pala tħares ’l isfel waqt li l-id l-oħra forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa tagħti xi żewġ daqqiet ’l isfel qrib tal-id il-wieqfa. (ii) Imbagħad, l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 u jitqiegħdu momentarjament bil-pala tħares ’il fuq, id fuq l-oħra kontra xulxin, jiġifieri bil-ponot tas-swaba djagonalment lejn ġenb differenti. (iii) Fl-aħħar, id waħda tieħu l-forma ta’ A bis-saba’ l-kbir maħruġ ’il barra u l-pala tħares ’il barra. L-id titla’ ’l fuq sakemm is-saba’ l-kbir jilħaq ix-xufftejn.
There are two signs for LIQUIDIZER. The first sign has two parts. (i) First, one hand takes the shape of B with fingers apart and palm facing downwards. It is placed low in the middle. The other hand takes the shape of T and rotates about three times horizontally and quickly at a slightly higher level than the first hand. (ii) Then, the stationary hand stays as it is whilst the other hand turns in the shape of curved 5 with palm facing upwards and then moves down to the level of the stationary hand. The second sign has three parts. (i) First, one hand takes the shape of 5 and is placed in the middle with palm facing downwards whilst the other hand takes the shape of a fist with palm facing inwards and hits downwards twice close to the stationary hand. (ii) The hands are momentarily placed diagonally against each other both in the shape of 5 and with palms facing downwards so that the fingertips point to the different sides. (iii) Finally, one hand takes the shape of A with the thumb protruding and palm facing outwards. The hand moves up until the thumb reaches the lips.