Marki Marks

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal MARKI għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti ssir b’id waħda forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il ġewwa. Is-swaba’ jferfru waqt li jinżlu ’l isfel fil-ġenb tar-ras. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal KORRETT li jsir b’id waħda forma ta’ ponn imma bis-saba’ l-kbir u l-werrej imissu u bil-pala tħares ’il barra. Iċ-ċirku ffurmat mis-saba’ l-kbir u l-werrej jitniżżel tikka u jitla’ ftit djagonalment qisu qed jimmarka xi somma tajba. Dan isir l-ewwel livell mal-moħħ u jiġi ripetut xi darbtejn oħra ftit iktar ’l isfel.

The sign for MARKS has two parts. (i) The first part is made with one hand that takes the shape of 5 with fingers apart and with the palm facing inwards. The fingers flutter as the hand moves downwards at the side of the head. (ii) Then the sign for CORRECT is made with one hand in the shape of a fist with the thumb and index finger touching and palm facing outwards. The circle formed by the thumb and index finger move down very slightly and then diagonally upwards as though marking a sum correct. This is first done at forehead level and this is then repeated twice more slightly lower down.