Mdejjaq Sad

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm żewġ sinjali jixxiebħu għal MDEJJAQ. L-ewwel sinjal isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 kkurvata bil-pala tħares ’il fuq. L-id tinżel malajr minn taħt il-geddum. L-għajnejn jingħalqu ftit u x-xufftejn jitgħawġu ftit ukoll. It-tieni sinjal isir ukoll b’id waħda imma din tieħu l-forma ta’ L ikkurvata u din toqmos ’l isfel minn taħt il-geddum xi darbtejn. L-espressjoni tal-wiċċ bħal tal-ewwel sinjal.

There are two similar signs for SAD. The first sign is made with one hand in the shape of curved 5 with palm facing upwards. The hand moves down quickly from under the chin. The eyes close a little and the lips twist a little. The second sign is also made with one hand but this time it is in the shape of curved L which jumps up and down below the chin twice or more. The facial expression is the same as for the first sign.