Missjunarju Missionary

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal MISSJUNARJU għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal GĦIN. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u titqiegħed bil-pala tħares ’l fuq u bis-swaba’ iħarsu laġenba livell mas-sider. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ A u titqiegħed fuq il-pala tal-ewwel id bis-saba’ l-kbir iħares ’l fuq. L-id ta’ taħt tressaq din l-id ’l quddiem jew tgħolliha ’l fuq. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal FQIR. Driegħ wieħed jimtedd tul il-qadd bl-id forma ta’ 5 miftuħ laxk u bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra ukoll forma ta’ 5 miftuħ laxk jiżżerżaq taħt id-driegħ l-ieħor mill-minkeb sal-polz.

The sign for MISSIONARY consists of two parts. (i) The first part is the sign for HELP. One hand takes the shape of 5 and is placed at chest level with palm facing upwards and fingers pointing sideways. The other hand takes the shape of A. It is placed over the palm of the first hand with thumb pointing upwards. The first hand supports the A hand forward or upward. (ii) The second part is the sign for POOR. One arm lies along the waist with the hand in the shape of loosely open 5 with palm facing upwards. The other hand, also in the shape of loosely open 5, slides under the other arm from the elbow to the wrist.