Mixer Mixer

Hemm 3 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 3 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 3
    Pictures, signwriting and video 3


Hemm tlett sinjali għal MIXER. L-ewwel wieħed għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel, id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u tieqaf bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa u tagħti xi skossi ’l isfel ftit ’il fuq mill-ewwel id. (ii) Imbagħad, l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 laxka u jduru ma’ xulxin fin-nofs. It-tieni sinjal isir b’id waħda wieqfa fil-ġenb forma ta’ B ttundjata waqt li l-id l-oħra tieħu l-forma ta’ T u ddur malajr fl-istess post ftit ’il bogħod mill-ewwel id. It-tielet sinjal jixbaħ l-ewwel parti tal-ewwel sinjal imma l-id il-wieqfa għandha l-pala tħares ’il fuq u l-id l-oħra tagħti iktar skossi.

There are three signs for MIXER. The first sign has two parts. (i) First, one hand takes the shape of 5 and lies stationary with palm facing downwards. The other hand takes the shape of a fist with palm facing inwards and beats down a few times to the space just above the first hand. (ii) Then the hands take the shape of 5 and rotate around each other in the middle. The second sign is made with one stationary hand in the shape of rounded B at the side whilst the other hand takes the shape of T and rotates quickly in the same place a little away from the first hand. The third sign is similar to the first part of the first sign except that the palm of the stationary hand faces upwards and the other hand beats down for longer.