Mkabbar Conceited

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm tlett sinjali għal MKABBAR. L-ewwel sinjal isir bl-idejn forma ta’ 5 miftuħa bis-swaba’ mifrudin. L-idejn jimxu mill-ġenb tar-ras lejn il-ġnub. It-tieni sinjal għandu tlett partijiet li jidħlu f’xulxin. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal KOLLOX biż-żewġ idejn forma ta’ 5 miftuħa. Id-dirgħajn jitilgħu dritt u l-idejn iduru min-nofs għall-ġnub bil-pala tħares ’il barra. (ii) L-idejn jinbidlu fil forma ta’ A waqt li jimxu lejn il-ġnub u jiffurmaw is-sinjal OKAY bis-saba’ l- kbir iħares dritt ’il fuq u l-pala tal-id tħares ’il ġewwa. (iii) Fl-aħħar jimxu sal-ispallel waqt li jergħu jibdlu l-forma f’dik ta’ 5 magħluqa kif jolqtu ħafif taħt l-għonq u jitilgħu malajr ftit ’l fuq waqt li s-swaba’ jinfetħu ftit u l-pala tibqa’ tħares ’il ġewwa. It-tielet sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 miftuħa bis-swaba’ mifrudin u bil-pala tħares ’il ġewwa waqt li jimxu ftit ’il fuq kemm kemm imissu s-sider. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal OKAY bl-idejn fuq quddiem bil-forma ta’ ponn bis-saba’ l-kbir maħruġ ’il barra u l-pala tħares ’il ġewwa.

There are three signs for CONCEITED. The first sign is made with both hands in the shape of open 5 with fingers apart. The hands move from the side of the head out to the sides. The second sign has three parts that blend into each other. (i) First the sign for EVERYTHING is made with both hands in the shape of open 5. The arms move straight up at the elbows and the hands rotate from the middle to the sides with palms facing outwards. (ii) The sign for OKAY is then made with the hands in the shape of a fist with the thumb protruding and the palm facing inwards for. (iii) Finally, the hands move to the shoulders and change to the shape of closed 5. They brush just below the shoulder quickly and then move up a little as the fingers move apart a little but the palm still faces inwards. The third sign has two parts. (i) First, the hands take the shape of open 5 with fingers apart and palms facing inwards whilst they move up a little, lightly touching the chest. (ii) Then the sign for OKAY is made with the hands in the shape of a fist with the thumb protruding and the palms facing inwards.