Msallab Crucified

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Hemm żewġ sinjali għal MSALLAB. L-ewwel sinjal isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 magħluq u titqiegħed fil-ġenb bil-pala tħares ’il barra. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa u tagħti daqqa fuq il-pala tal-id il-wieqfa. Dan jiġi ripetut fuq in-naħa l-oħra. Din tintuża l-iktar għal SALLAB jew SSALLAB. It-tieni sinjal isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 miftuħ u jitqiegħdu fil-ġnub bil-pala tħares ’il barra. L-espressjoni fuq il-wiċċ tirrifletti l-uġigħ. Din tintuża l-iktar għal MSALLAB.

There are two signs for CRUCIFIED. The first sign is made with one hand in the shape of closed 5 placed at the side with the palm facing outwards. The other hand takes the shape of a fist with the palm facing inwards. This hand hits the palm of the stationary hand. This is repeated on the other side. This is used mainly for CRUCIFY or BE CRUCIFIED The second sign is made with both hands in the shape of open 5 placed at the sides with palms facing outwards. The facial expression is that of pain. This is used mainly for CRUCIFIED.