Munita Coin

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal MUNITA magħmul minn żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti id waħda tieħu l-forma ta’ F u titqiegħed fl-għoli ftit fil-ġenb. Il-pala tħares lejn il-ġenb biex wieħed jiffoka fuq il-forma tal-O żgħira magħmula mis-saba’ l-kbir u l-werrej. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal FLUS. Id waħda tieħu l-forma tal-ittra T u l-werrej u s-saba’ l-kbir jogħrku lil xulxin bil-mod waqt li jżommu l-istess forma ta’ T.

The sign for COIN consists of two parts. (i) The first part is made with one hand in the shape of F placed high up at the side. The palm faces sideways so that one focuses on the O shape formed by the thumb and the index finger. (ii) The second part is the sign for MONEY, that is, one hand forms the letter T and the thumb and index finger rub against each other gently whilst retaining the shape of T.