Pagani Pagans

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal PAGAN(I) magħmul minn tlett partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal NIES. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 magħluq bil-pala tħares ’l isfel u titqiegħed f’punti differenti maġenb xulxin fil-għoli livell mal-għonq. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal FIDI. L-ewwel, id waħda tieħu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’il ġewwa u titqiegħed bil-werrej imiss il-ġenb tal-ġbin. Imbagħad l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 magħluq. Id waħda titqiegħed bil-pala tħares ’il fuq livell mal-qadd. L-id l-oħra taħbat mal-pala tal-id il-wieqfa bil-ġenb, jiġifieri bil-pala tħares djagonalment ’il ġewwa. (iii) Fit-tielet parti jsir is-sinjal għal XEJN. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ F bil-pala tħares ’il barra. L-idejn jimxu minn ħdejn xulxin fin-nofs sal-ġnub.

The sign for PAGAN(S) consists of three parts. (i) The first part is the sign for PEOPLE. One hand takes the shape of closed 5 with the palm facing downwards and is placed at various points along each other at neck level. (ii) The second part is the sign for FAITH. One hand takes the shape of 1 with the palm facing inwards and is placed with the index finger touching the side of the forehead. In the second part the hands take the shape of closed 5. One hand is placed at waist level with palm facing upwards. The other hand hits the palm of the stationary hand with the side, that is the palm of this second hand faces diagonally inwards. (iii) The third part is the sign for NOTHING. Both hands take the shape of F with palms facing outwards. The hands move from the middle where they are close to each other to the sides.