Papra Duck

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal PAPRA jsir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 milwi, l-pala ta’ l-id tħares ’il barra u titqiegħed ħdejn jew kważi quddiem il-ħalq. Is-saba’ l-kbir jitla’ ‘l fuq waqt li s-swaba’ l-oħra jinżlu ’l isfel sakemm imissu ’l xulxin mingħajr ma jitbiegħdu minn mal-ħalq. Dan il-moviment isir mill-inqas darbtejn. Jirrapreżenta l-munqar tal-papra meta jinfetaħ u jingħalaq.

Għal papra żgħira jew kbira, l-ewwel isir is-sinjal għal PAPRA imbagħad isir is-sinjal għal ŻGĦIR jew is-sinjal għal KBIR. Is-sinjal għal ŻGĦIR u għal KBIR isir bl-idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 u jħarsu lejn xulxin f’linja vertikali. Id-distanza ta’ bejn l-idejn tindika d-daqs tal-papra.

Għall-plural is-sinjal għal ĦAFNA jintuża wara s-sinjal għal PAPRA. Ġieli ukoll tintuża classifier. F’dan il-każ tintuża l-id li tieħu l-forma ta’ 8 mgħawweġ u titpoġġa f’ħafna punti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jitqiegħdu ħafna papri.

Meta n-nom PAPRA jkun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, l-id fil-forma ta’ 8 mgħawweġ tintuża bħala classifier u timxi skond l-azzjoni.

The sign for DUCK is made with one hand in the shape of bent 5, palm facing outwards, placed near or almost in front of the mouth. The thumb moves up whilst the other fingers move down till they touch, without moving away from the mouth. This movement is repeated twice or more. The movement represents the opening and closing of the duck’s beak.

The sign for a small or large duck is the sign for DUCK followed by the sign for SMALL or for BIG. The signs for SMALL and for BIG are made with the hands in the shape of 5 and palms facing in a vertical direction. The distance between the hands indicates the size of the duck.

The sign for MANY is used after the sign for DUCK to signal plurality. A classifier is often used. In this case one or both hands in the shape of curved 8 are placed at various points in the signing space as though several ducks were actually being put into that space.

When the noun DUCK is the subject of a verb of movement, one hand in the shape of curved 8 is used as the classifier, moving according to the action indicated by the verb.