Parquet Parquet

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal PARQUET għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal INJAM. Id waħda tieħu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa u tieqaf dritt ’il fuq mill-minkeb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ 5 u titla’ u tinżel mad-driegħ il-wieqaf. (ii) Imbagħad, isir sinjal imċekken għal KAMRA li jsir biż-żewġ idejn forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel fin-nofs fuq quddiem. Il-werrejja jersqu kemm kemm lejn il-ġnub imbagħad jersqu lura u jersqu malajr fin-nofs fejn jiltaqgħu jew kważi. (iii) Fl-aħħar l-idejn jieħdu l-forma ta’ B bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn jimxu flimkien lejn il-ġenb. Id waħda tibqa’ ċatta waqt li l-oħra tinżel mill-ġenb tas-saba’ ż-żgħir u terġa tiċċattja xi tlett darbiet jew iżjed.

The sign for PARQUET has three parts. (i) First, the sign for WOOD is made. One hand takes the shape of a fist with palm facing inwards. The arm is held upright from the elbow. The other hand takes the shape of 5 and moves up and down on the stationary arm. (ii) Then the miniature sign for ROOM is made with both hands in the shape of 1 with palms facing downwards at the front in the middle. The index fingers move towards the sides then move backwards and finally go back to the middle where they meet again. (iii) Finally the hands take the shape of B with palms facing downwards. The hands move along towards the side together. One hand remains flat whilst the other is lowered and highered from the pinkie side and flattens again three or more times.