Passiġġata Stroll
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Hemm żewġ sinjali għal PASSIĠĠATA. L-ewwel sinjal isir b’id waħda bil-forma ta’ 8 bis-swaba’ jippuntaw ’l isfel u bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id taqbeż lejn il-ġenb u ’l barra mill-ġenb waqt li tersaq kemm kemm ’il quddiem. Ix-xufftejn jitkemmxu ’il barra qisu qed isaffar jew ikanta.
It-tieni sinjal isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 bil-pala ’l fuq u titwaqqaf quddiem. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ U mgħawġa u titqiegħed fuq l-id l-oħra bil-pala tħares ’l isfel. Is-swaba’ “jimxu” fuq il-pala tal-id wieqfa.
There are two signs for STROLL. The first sign is made with one hand in the shape of 8 with fingers pointing downwards and palm facing inwards. The hand skips towards and away from the side as it moves slightly forward. The lips are creased outwards as though whistling or singing.
The second sign is made with both hands. One hand takes the shape of 5 with palm facing upwards at the front. The other hand takes the shape of curved U with the palm facing downwards and is placed on the palm of the other hand. The fingers “walk” along the palm of the stationary hand.