Password Password
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal PASSWORD għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel id waħda forma ta’ B titqiegħed tmiss ix-xufftejn bil-pala tħares lejn il-ġenb u s-swaba jippuntaw ’il fuq. Fl-istess ħin ir-ras tmil kemm kemm lejn naħa. (ii) Imbagħad id waħda tieħu l-forma ta’ L kkurvata u tieħu skoss żgħir ’il quddiem.
The sign for PASSWORD has two parts. (i) First, one hand takes the shape of B and is placed touching the lips with the palm facing the side and the fingers pointing upwards. At the same time, the head bends slightly to one side. (ii) Then, one hand takes the shape of curved L and makes a small, jerky movement forwards.