Pensjoni Pension

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal PENSJONI għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel, l-idejn jieħdu l-forma ta’ L u dawn is-swaba’ jiltaqgħu fin-nofs u jimxu lejn il-ġnub biex jiffurmaw rettanglu fl-arja. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal XIĦ. Id waħda tieħu l-forma ta’ V mgħawġa mill-għekiesi bil-pala tħares ’il ġewwa u tinżel it-tul tal-imnieħer.

The sign for PENSION has two parts. (i) First, the hands take the shape of L and the L fingers meet in the middle then move towards the sides to form a rectangle in the air. (ii) Then the sign for OLD is made. One hand takes the shape of V bent at the knuckles with palm facing inwards. The hand moves down the length of the nose.