Pinġa Paint

Hemm 3 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 3 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal PINĠA jsir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u tieqaf fuq quddiem bil-pala tħares ’il ġewwa. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ U bil-pala tħares ’il ġewwa u timxi żigużajg ’l isfel minn quddiem il-pala tal-id il-wieqfa.

The sign for PAINT (art) is made with both hands. One hand takes the shape of 5 and is held stationary with palm facing inwards. The other hand takes the shape of U with palm facing inwards and zigzags downwards from in front of the palm of the stationary hand.