Poligonu Polygon
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal POLIGONU jsir bl-idejn forma ta’ 1 bil-pala tħares ’il barra u l-werrejja iħarsu ’il fuq. Il-werrejja jiltaqgħu fin-nofs, jimxu lejn il-ġnub imbagħad jinżlu ’l isfel ftit djagonalment waqt illi l-pala ddur biex tibda tħares ’l isfel. Is-swaba’ jidħlu ftit lejn in-nofs waqt li jkomplu neżlin u, fl-aħħar, jimxu orizzontalment sakemm jiltaqgħu fin-nofs.
The sign for POLYGON is made with both hands in the shape of 1 with the palms facing outwards and the index fingers pointing upwards. The index fingers meet in the middle and move towards the sides. They then move downwards diagonally to the sides whilst the palms turn to start facing downwards. The fingers then move diagonally downwards towards the centre and finally they move horizontally until they meet in the centre.