Profeta Prophet
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal PROFETA magħmul minn żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal RAĠEL b’id waħda li tieħu l-forma ta’ Ċ bil-pala tħares ’l isfel u titqiegħed quddiem il-ġbin. Il-forma taċ-Ċ tingħalaq waqt li l-id tersaq ’il quddiem. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal PRIEDKA. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 magħluq u tinżel u titla’ mill-polz livell mar-ras tliet darbiet jew iktar. Fil-plural, is-sinjal għal NIES jintuża flok is-sinjal għal RAĠEL. Dan isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’l isfel u timxi b’qabża żgħira darbtejn jew tlieta lejn il-ġenb.
The sign for PROPHET consists of two parts. (i) The first part is the sign for MAN. One hand takes the shape of Ċ with palm facing downwards. The hand is placed in front of the forehead. The C shape closes as the hand moves forward. (ii) The second part is the sign for SERMON. One hand takes the shape of closed 5 and moves up and down at the wrist at head level. This is repeated three or more times. For the plural, the sign for PEOPLE is used instead of the sign for MAN. This is made with one hand in the shape of 5 with the palm facing downwards. The hand moves in two or three small jumps to one side.