Pudil Poodle

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal PUDIL għandu żewġ partijiet: (jew i) L-ewwel isir is-sinjal għal KELB, jiġifieri l-id tieħu l-forma ta’ U wieqfa ma’ ġenb in-ngħas, bil-pala ta’ l-id tħares ‘il barra. Iż-żewġt iswaba’ jinżlu dritti ’l isfel mill-għaksa mingħajr ma tiċċaqlaq l-id. (jew ii) Fit-tieni parti l-istess id tieħu l-forma ta’ 1, bil-pala tal-id tħares ’l isfel u bil-werrej jipponta lejn ix-xagħar waqt li jdur fl-istess livell waqt li joħroġ ’il barra lejn il-ġenb biex jindika n-nokkli tas-suf tal-pudil.

Is-sinjal għal TARBIJA jew is-sinjal għal ŻGĦIR jiġi wara s-sinjal għal PUDIL biex jirreferi għall-ġeru. Is-sinjali għal ŻGĦIR u għal KBIR isiru mill-idejn forma ta’ 5 bl-idejn iħarsu lejn xulxin f’linja vertikali jew djagonali. Id-distanza bejn l-idejn tindika d-daqs tal-pudil.

Fil-plural, is-sinjal għal ĦAFNA jiġi wara is-sinjal għal PUDIL. Ġieli ukoll tintuża classifier. F’dan il-każ id waħda jew iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ V mgħawġa u jitpoġġew f’ħafna punti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jitqiegħdu ħafna pudils.

Meta n-nom PUDIL ikun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, l-id forma ta’ V mgħawġa tintuża bħala classifier u timxi skond l-azzjoni.

The sign for POODLE is made up of two parts: (jew i) First, the sign for DOG is made, that is, with the hand in the shape of U at the side of the forehead and palm facing outwards. The two fingers are bent straight over without any palm movement. (jew ii) The second part is made with the same hand in the shape of 1, with palm facing downwards and the index finger rotating at the same level but moving out towards the side to indicate the curly fur of the poodle.

The sign for BABY or SMALL is used after the sign for POODLE to refer to the puppy. The signs for SMALL and BIG are made with two hands in the shape of 5 with palms facing each other in a vertical or diagonal direction. The distance between the hands indicates the relative size of the poodle.

The plural is formed by adding the sign for MANY after the sign for POODLE. A classifier is often used. In this case one or both hands take the shape of curved V. They are placed at various points in the signing space as though several poodles were actually being put into that space.

When the noun POODLE is used as the subject of a verb of movement the hand in the shape of curved V is used as a classifier and moves accordingly.