Qdusija Holiness or saintliness

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal QDUSIJA magħmul minn żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal ĦAJJA. Dan isir b’id waħda bis-saba’ tan-nofs imniżżel ’l isfel u jitla’ u jinżel waqt li jmiss taħt l-ispalla ta; l-istess naħa. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal PERFETT. Id waħda tieħu l-forma ta’ F bil-pala tħares lejn il-ġenb. L-id tinżel mill-livell tal-ispalla bil-mod waqt li l-wiċċ juri espressjoni ta’ intensità bix-xufftejn marsusin.

The sign for HOLINESS consists of two parts. (i) First the sign for LIFE is made with one hand with the middle finger bent down. The finger moves up and down as it touches just below the shoulder on the same side. (ii) The second part is the sign for PERFECT. One hand takes the shape of F with the palm facing sideways. The hand moves down slowly from shoulder level whilst the facial expression is that of intensity particularly through the pursed lips.