Rabja Anger
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Hemm żewġ sinjali jixxiebħu għal (IR)RABJA. L-ewwel sinjal isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 mgħawweġ bil-pala tħares ’il barra. Is-swaba’ jintlwew lejn ġenb wieħed tal-polz ħdejn jew ’il fuq mir-ras u jduru vertikalment waqt li l-id togħla ’l fuq. Matul is-sinjal il-wiċċ jitqarras bl-għajnejn imkemmxin u l-ħalq miftuħ bħal meta wieħed ikun qed jirrabja. It-tieni sinjal isir biż-żewġ idejn li jintlwew u jduru vertikalment waqt li jitilgħu ’l fuq mir-ras. L-espressjoni tal-wiċċ tirrifletti r-rabja ukoll bl-għajnejn imkemmxin u l-ħalq miftuħ.
There are two signs for ANGRY. The first one is made with one hand in the shape of clawed 5 with the palm facing outwards. The fingers twist towards one side of the pulse close to or above the head and rotate vertically whilst the hand moves up. Throughout the sign the facial expression is sour with wrinkled eyebrows and open mouth as when one is angry. The second sign is made with both hands that twist and rotate vertically as they move up above the head. The facial expression is also sour with wrinkled eyebrows and open mouth.