Sajjied Fisherman

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal SAJJIED magħmul minn żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir sinjal għal SAJD jew STAD. Dan isir biż-żewġ idejn forma ta’ T. L-idejn jitqiegħdu waħda iktar lejn il-ġenb mill-oħra u iktar ’il barra. Il-pala tal-idejn tħares ’il fuq. Imbagħad l-idejn jinżlu u jitilgħu mill-minkeb xi darbtejn. (ii) Fit-tieni parti ssir is-sinjal għal ĦUTA. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 magħluq. L-id timxi bil-pala tħares ’il ġewwa u bil-ponot tas-swaba’ jħarsu lejn il-ġenb. L-id timxi lejn il-ġenb waqt illi tixxengel ftit ’il barra u ’il ġewwa mill-polz.

This sign for FISHERMAN consists of two parts. (i) The first part is the sign for TO FISH. This is made with both hands in the shape of T. The hands are placed one slightly more to the side slightly more forward than the other. The palm faces upwards. Then the hands move up and down from the elbow twice or more. (ii) The second part is the sign for FISH. This is made with one hand that takes the shape of closed 5 with palm facing inwards and with fingers pointing to the side. The hand moves on to the side whilst it swings slightly outwards and inwards from the wrist.