Sandli Sandals

Hemm 3 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 3 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 3
    Pictures, signwriting and video 3


Hemm tlett sinjali differenti għal SANDLI. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 wieqfa bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ A bil-pala tħares ’l isfel u timxi min-naħa ta’ barra tal-polz tal-id il-wieqfa san-naħa ta’ ġewwa u tibqa’ sejra, imbagħad terġa lura għan-naħa ta’ ġewwa tal-polz. It-tieni sinjal juża ż-żewġ idejn ukoll. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 wieqfa bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ L milwija bil-pala tħares ’l isfel u timxi min-naħa ta’ barra tal-polz tal-id il-wieqfa san-naħa ta’ ġewwa tlett darbiet. It-tielet sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal għal ŻARBUN. Id waħda tieqaf fuq quddiem forma ta’ 5 bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra, ukoll forma ta’ 5 bil-pala tħares ’l isfel, timxi fuq l-id il-wieqfa, mis-swaba’ sal-polz qisu biex timsaħ il-wiċċ tal-id. (ii) Imbagħad isir is-sinjal għal SAJF. Id waħda tieħu l-forma ta’ A bis-saba’ l-kbir maħruġ ’il barra u bil-pala tħares ’il ġewwa. Is-saba’ l-kbir jimxi fuq il-ġbin min-naħa l-oħra lura għall-istess naħa.

There are three different signs for SANDALS. The first sign is made with both hands. One hand held stationary in the shape of 5 with palm facing downwards. The other hand takes the shape of A with palm facing downwards and moves from the outer side of the wrist of the stationary hand to the inside and beyond and then moves back to the outward side of the wrist. The second sign also uses both hands. One hand takes the shape of 5 with palm facing downwards. The other hand takes the shape of bent L with palm facing downwards and moves from the outer side of the wrist of the stationary hand to the inside three times. The third sign has two parts. (i) First the sign for SHOE is made. One hand is held stationary at the front in the shape of 5 with palm facing downwards. The other hand, also in the shape of 5 with palm facing downwards, slides over the top of the stationary hand from fingers to wrist as though wiping it. (ii) Then the sign for SUMMER is made. One hand takes the shape of A with the thumb protruding and palm facing inwards. The thumb moves from the other end of the forehead back to the same end.