Sarraf jew inkaxxa ċ-ċekk Cash a cheque

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewg sinjali għal SARRAF jew INKAXXA Ċ-ĊEKK. L-ewwel sinjal għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel parti ssir bl-idejn forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn iduru vertikalment ma’ xulxin fuq quddiem. (ii) Imbagħad, l-idejn jieħdu l-forma ta’ L u dawn is-swaba’ jiltaqgħu fin-nofs u jimxu lejn il-ġnub biex jiffurmaw rettanglu fl-arja. (iii) Fl-aħħar isir is-sinjal għal KITEB. Id waħda tieqaf forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il ġewwa u s-swaba’ jħarsu lejn il-ġenb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ T bil-pala tħares ’l isfel u tixxengel ftit ’il fuq mill-pala tal-id il-wieqfa waqt li tinżel ftit ’isfel qisu qed tikteb fuqha. It-tieni sinjal għandu l-istess żewġ partijiet. Għat-tielet parti jsir is-sinjal imqassar għal FLUS. Id waħda tieħu l-forma ta’ T u s-saba’ l-kbir u l-werrej jogħrku lil xulxin.

The sign for CASH A CHEQUE has three parts. (i) First, the hands form a fist with the palms facing inwards. The hands turn vertically over each other at the front. (ii) Then, the hands take the shape of L and the L fingers meet in the middle then move towards the sides to form a rectangle in the air. (iii) Finally, the sign for WRITE is made. One hand takes the shape of 5 with palm facing inwards and the fingers pointing to the side. The other hand takes the shape of T with palm facing downwards. The hand sways just over the palm of the stationary hand whist it moves down a little as though writing on it. The second sign has the same first two parts. For the third part the shortened sign for MONEY is made. One hand takes the shape of T and the thumb and index finger rub each other.