Sbatax Seventeen
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal SBATAX għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal WIEĦED. Dan isir b’id waħda li tieqaf quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa . Il-werrej jieqaf bil-ponta tħares ’il fuq. Imbagħad isir is-sinjal għal SEBGĦA b’id waħda li tieħu l-forma ta’ L quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa. Is-swaba’ maħruġin jippuntaw lejn il-ġenb.
The sign for SEVENTEEN has two parts. First, the sign for ONE is made with one hand upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The index finger points upwards. Then the sign for SEVEN is made with one hand that takes the form of L in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The fingers point to the side.