Sewqan fit-tħarbit jew offroading Offroading

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal SEWQAN FIT-TĦARBIT jew OFFROADING għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal SAQ jew KARROZZA, jiġifieri, ż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ ponn bil-pala tal-id tħares ’il ġewwa. L-idejn jitilgħu u jinżlu darbtejn jew iktar kontra xulxin ftit ’il bogħod minn xulxin bħallikieku qed iċaqilqu l-isteering wheel. Imbagħad, id waħda tieħu l-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’l isfel, u timxi lejn il-ġenb, toqmos ’il fuq u ’l isfel bħallikieku fi triq imħarbta. L-id iddur lejn ’il barra. L-għajnejn iħarsu b’konċentrazzjoni u serjeta u x-xoffta t’isfel tingħafas ftit ’il barra.

The sign for OFFROADING has two parts. First, the sign for DRIVE or CAR is made. Both hands take the shape of a fist with the palms facing inwards. The hands move up and down twice or more in opposite directions a little apart from each other as though moving a steering wheel. Then, one hand takes the shape of 5 with palm facing downwards and moves towards the side, bouncing up and down as though on rough ground. The hand then moves outwards. The eyegaze take on serious concentration and the lower lip is pouted.